Women who have even just one baby are nearly three times more likely to leak urine and wet themselves, than women who have not had a baby. The more babies you have, the more chance there is that you will leak urine and wet yourself. |
Nisa li kellhom saħansitra tarbija waħda biss x’aktarx huma kważi tliet darbiet aktar probabbli li jqattru ammonti żgħar ta’ awrina u jpixxu taħthom minn nisa li qatt ma kellhom tarbija. Aktar ma jkollok trabi, aktar ikun ikbar iċ-ċans li int ser tqattar ammonti żgħar ta’ awrina u tpixxi taħtek. |
Why do you leak urine after having a baby?When the baby moves down through the birth canal, it stretches the nerves and muscles that keep the bladder shut. These are called the pelvic floor muscles, and they can sometimes be left weak, and not able to keep the bladder from leak ing. Leaking happens mostly when you cough, sneeze, lift or do exercise. It is rare for the bladder to be hurt during birth, but the muscles and nerves often are, and you need to do pelvic floor muscle training to help the muscles get strong again. |
Għala tqattar ammonti żgħar ta’ awrina wara li jkollok tarbija?Meta t-tarbija tinżel mill-kanal tat-twelid, hi tistira n-nervituri u l-muskoli li jżommu l-bużżieqa tal-awrina magħluqa. Dawn jgħidulhom il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi, u xi kultant jistgħu jibqgħu dgħajfa u għalhekk ma jkunux jistgħu jżommu l-bużżieqa tal-awrina milli tqattar ammonti żgħar ta’ awrina. It-tqattir iseħħ l-aktar meta tisgħol, tagħtas, terfa’ jew tagħmel eżerċizzju. Hi ħaġa rari li l-bużżieqa tal-awrina jġarrab xi ħsara matul it-twelid, imma spiss il-muskoli u n-nervituri jgħaddu minn dan, u int trid teżerċita l-muskolu tal-qiegħ tal-pelvi biex tgħin il-muskoli jerġgħu jissaħħu. |
Will this leaking go away by itself?If you have any leaking, it will not go away if you just ignore it. Leaking is likely to stop if you train your pelvic floor muscles, to help get their strength back. If you don’t get pelvic floor muscle strength back after each baby you have, you may start wetting yourself, as the pelvic floor muscles get weaker with age. |
Dan it-tqattir għad jieqaf waħdu?Jekk int qed tesperjenza t-tqattir, mhux ser imur waħdu jekk sempliċiment ma tagħtix kasu. X’aktarx li t-tqattir jieqaf jekk int teżerċita l-muskoli tiegħek tal-qiegħ tal-pelvi, biex tgħinhom jiksbu lura s-saħħa tagħhom. Jekk ma terġax issaħħaħ il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi wara kull tarbija li jkollok, int tista’ terġa’ tibda tpixxi taħtek hekk kif il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi jiddgħajfu bl-età. |
How does my bladder work?The bladder is a hollow muscle pump. It fills slowly from the kidneys, and can hold at least one and a half to two cups of urine (300 to 400mls). The bladder outlet tube is kept closed by the pelvic floor muscles. When the bladder is full and you decide to pass urine, the pelvic floor muscles relax when you sit on the toilet, and the bladder squeezes the urine out. Then the same “fill and empty” cycle begins again. |
Kif taħdem il-bużżieqa tiegħi tal-awrina?Il-bużżieqa tal-awrina hija pompa tal-muskoli battala. Timtela’ bil-mod mill-kliewi, u tista’ tesa’ tal-anqas minn kikkra u nofs sa żewġ kikkri ta’ awrina (300 sa 400millilitru). It-tubu tal-ħruġ tal-bużżieqa tal-awrina jinżamm magħluq permezz tal-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi. Meta l-bużżieqa tal-awrina tkun mimlija u int tiddeċiedi li tgћaddi l-awrina, il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi jirrelassaw meta tpoġġi fuq it-tojlit u l-borża tal-awrina tagħsar l-awrina ‘l barra. Imbagћad dan l-istess ċiklu ta’ “timla u tbattal’ jerġa’ jibda mill-ġdid |
What do my pelvic floor muscles do?See the picture of the pelvic floor. The pelvic floor muscles do a number of things, they:
|
X’jagħmlu l-muskoli tiegħi tal-qiegħ tal-pelvi?Ara l-istampa tal-qiegħ tal-pelvi. Il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi jagħmlu numru ta’ affarijiet, huma:
|
What happens if my pelvic floor muscles are weak after having my baby?
|
X’jiġri jekk il-muskoli tiegħi tal-qiegħ tal-pelvi jiddgħajfu wara li nwelled?
|
What can i do to stop these things from happening?
|
X’nista’ nagħmel biex ma nħallix dawn l-affarijiet jiġru?
|
How can i care for my weak pelvic floor muscles?The birth of a baby might have stretched your pelvic floor muscles. Any ‘pushing down’ actions in the first weeks after the baby’s birth might stretch the pelvic floor muscles again. You can help to protect your pelvic floor muscles by not pushing down on your pelvic floor. Here are a few ideas to help you.
|
Kif nista’ nieħu ħsieb il-muskoli dgħajfin tal-qiegħ tal-pelvi tiegħi?It-twelid ta’ tarbija seta’ stira l-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi tiegħek. Kwalunkwe moviment ta’ “imbuttar ‘l isfel” fl-ewwel ġimgħat wara t-twelid tat-tarbija jista’ jerġa’ jistira l-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi. Int tista’ tgħin biex tħares il-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi tiegħek billi ma timbuttax l-isfel fuq il-qiegħ tal-pelvi. Hawn xi ftit idejat biex jgħinuk.
|
Where are my pelvic floor muscles?The first thing to do is to find out which muscles you need to train.
If you don’t feel a distinct “squeeze and lift” of your pelvic floor muscles, or if you can’t stop your stream of urine as talked about in Point 3, ask for help from your doctor, physiotherapist, or continence nurse advisor. They will help you to get your pelvic floor muscles working right. Even women with very weak pelvic floor muscles can gain from pelvic floor muscle training. |
Fejn huma l-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi tiegħi?L-ewwel ħaġa li trid tagħmel hu li ssib liema muskoli trid teżerċita.
Jekk ma tħossx b’mod distint “għafsa u refgħa” tal-muskoli tiegħek tal-qiegħ tal-pelvi, jew jekk int ma tistax twaqqaf il-fluss tiegħek tal-awrina kif tkellimna f’Punt 3, iltob l-għajnuna tat-tabib, il-fiżjoterapista, jew in-ners konsulent tiegħek tal-kontinenza. Dawn ser jgħinuk tagħmel l-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi tiegħek jaħdmu kif suppost. Anki nisa li għandhom muskoli tal-qiegħ tal-pelvi dgħajfin ħafna jistgħu jibbenefikaw mill-eżerċizzju tal-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi. |
How do i do pelvic floor muscle training?Now that you can feel the muscles working—
While doing pelvic floor muscle training—
|
Kif nagħmel l-eżerċizzji tal-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi?Issa li tista’ tħoss il-muskoli jaħdmu—
Waqt li tkun qed tagħmel l-eżerċizzju tal-muskolu tal-qiegħ tal-pelvi —
|
Do your pelvic floor muscle training wellFewer good squeezes are better than a lot of half hearted ones! If you are not sure that you are doing the squeezes right ask for help from your doctor, physiotherapist, or continence nurse advisor. |
Agħmel sewwa l-eżerċizzju tal-muskolu tal-qiegħ tal-pelviInqas għafsiet tajba huma aħjar minn ħafna ta’ nofs kedda! Jekk m’intix ċerta li qed tagħmel l-għafsiet kif suppost itlob l-għajnuna tat-tabib, tal-fiżjoterapista, jew tan-ners tiegħek konsulenta tal-kontinenza. |
Make the training part of your daily lifeOnce you have learnt how to do pelvic floor muscle squeezes, you should do them often. Every day is best, giving each set of squeezes your full focus. Make a regular time to do your pelvic floor muscle squeezes. This might be when you:
It’s a good idea to get into the lifelong habit of doing one set of pelvic floor muscle exercises every time you go to the toilet, after passing urine or opening your bowels. |
Agħmel l-eżerċizzju parti mill-ħajja tiegħek ta’ kuljumHekk kif titgħallem kif tagħmel l-għafsiet tal-muskolu tal-qiegħ tal-pelvi, int għandek tagħmilhom ta’ spiss. Kuljum hu l-aħjar, ikkonċentra totalment fuq kull sett ta’ għafsiet. Iffissa ħin regolari meta tagħmel l-għafsiet tal-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi. Dan jista’ jsir meta int:
Hi ħaġa tajba li int tidra tagħmel għall-kumplament ta’ ħajtek sett wieħed ta’ eżerċizzji tal-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi kuldarba li tmur it-tojlit, wara li tgћaddi l-awrina jew tipporga. |
What if things don’t improve?Pelvic floor muscle damage may take up to six months to get better. If things are not getting better after six months, speak to your doctor, physiotherapist or continence nurse advisor. |
X’jiġri jekk l-affarijiet ma jmorrux għall-aħjar?Il-ħsara fil-muskoli tal-qiegħ tal-pelvi tista’ tieħu sa sitt xhur qabel ma jmorru għall-aħjar. Jekk l-affarijet ma jmorrux għall-aħjar wara sitt xhur, kellem lit-tabib, lill-fizjoterapista jew lin-ners tiegħek konsulenta tal-kontinenza. |
Also ask your doctor for help if you notice any of the following:
|
Barra minn dan, itlob lit-tabib tiegħek jgħinek jekk tinnota xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
Seek helpQualified nurses are available if you call the National Continence Helpline on 1800 33 00 66* (Monday to Friday, between 8.00am to 8.00pm Australian Eastern Standard Time) for free:
If you have difficulty speaking or understanding English you can access the Helpline through the free Telephone Interpreter Service on 13 14 50. The phone will be answered in English, so please name the language you speak and wait on the phone. You will be connected to an interpreter who speaks your language. Tell the interpreter you wish to call the National Continence Helpline on 1800 33 00 66. Wait on the phone to be connected and the interpreter will assist you to speak with a continence nurse advisor. All calls are confidential. * Calls from mobile telephones are charged at applicable rates. |
Itlob l-għajnunaHemm nersis ikkwalifikati jekk iċċempel lin-National Continence Helpline fuq 1800 33 00 66* (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8.00am to 8.00pm AEST (Ħin Standard tal-Lvant tal-Awstralja)) mingħajr ħlas:
Jekk ikollok diffikulta’ biex titkellem jew biex tifhem bl-Ingliż jista’ jkollok aċċess għall-Helpline permezz tat-Telephone Interpreter Service fuq 13 14 50 b’xejn. It-telefon ikun imwieġeb bl-Ingliż, għalhekk għid liema lingwa titkellem u stenna fuq it-telefon. Tkun ikkonnettjat/a ma’ interpretu li jitkellem il-lingwa tiegħek. Għid lill-interpretu li tixtieq li ċċempel lin-National Continence Helpline fuq 1800 33 00 66. Stenna fuq it-telefon biex tkun ikkonnettjat/a u l-interpretu jgħinek biex titkellem ma’ ners li tagħti pariri dwar il-kontinenza. It-telefonati kollha huma konfidenzjali. * Telefonati minn fuq telefonijiet mowbajl ikunu ċċarġjati r-rati li japplikaw. |